MINUTI KAMRA TADDEPUTATI LGĦAXAR PARLAMENT SEDUTA NRU 61 ILĠIMGĦA

FORMAZIONE NEOASSUNTI VALUTAZIONE COMUNICAZIONE FRONTALE (IN PLENARIA) 30 MINUTI
MINUTI KAMRA TADDEPUTATI ITTMIEN PARLAMENT SEDUTA NRU 36 ITTLIETA
MINUTI KAMRA TADDEPUTATI LGĦAXAR PARLAMENT SEDUTA NRU 61 ILĠIMGĦA




MINUTI

MINUTI



KAMRA TAD-DEPUTATI



L-GĦAXAR PARLAMENT



SEDUTA NRU. 61



Il-Ġimgħa, 21 ta’ Novembru 2003



Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta fid-

9.02 a.m.


Mr Speaker, l-Onor Anton Tabone, ippresieda.



PREŻENTI


Il-Ministri u l-Membri kollha kienu preżenti minbarra l-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni, il-Ministru għat-Turiżmu, is-Segretarju Parlamentari l-Onor Edwin Vassallo, is-Segretarju Parlamentari l-Onor Carmelo Mifsud Bonnici, l-Onor Chris Agius, l-Onor John Attard Montalto, l-Onor Joseph Brincat, l-Onor Justyne Caruana, l-Onor Karl Chircop, l-Onor Marie Louise Coleiro, l-Onor Michael Farrugia, l-Onor Noel Farrugia, l-Onor Antonio Fenech, l-Onor Jose’ Herrera, l-Onor Charles Mangion, l-Onor Jeffrey Pullicino Orlando, l-Onor Anton Refalo, l-Onor Joseph Sammut, l-Onor Adrian Vassallo u l-Onor Karmenu Vella.



SKUŻATI


L-Onor Leo Brincat, l-Onor Helen D’Amato, l-Onor Joe Debono Grech u l-Onor Clyde Puli kienu msifrin fuq xogħol parlamentari.



TALBA


L-Iskrivan tal-Kamra qal it-talba.



MINUTI


Il-Minuti tas-Seduta Nru 60 li saret fid-19 ta’ Novembru 2003 kienu konfermati.



MISTOQSIJIET


Mistoqsijiet ġew magħmula u mogħtija tweġiba.


Bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2399 il-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Kultura qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-


P.L. 692 - Tagħrif dwar entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Kultura li jagħmlu użu mis-servizzi ta’ kumpanniji privati tas-sigurta’.



Fid-9.30 a.m. l-aħħar mistoqsija kienet numru 2846 u l-mistoqsijiet l-oħra kollha li dehru fuq l-agenda ngħataw tweġiba bil-miktub.



TQEGĦID TA’ KARTI


Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-


P.L. 693 - Tagħrif b’risposta għal mistoqsija parlamentari numru 2355 dwar xogħol fuq twieqi u bibien ta’ l-iskejjel primarji taż-Żejtun; u


P.L. 694 - Tagħrif b’risposta għal mistoqsija parlamentari numru 2356 dwar il-bini ta’ l-iskola Adelaide Cini fil-Ħamrun u xogħlijiet li saru fiha;


f’isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-


P.L. 695 - Tagħrif dwar l-għadd u l-eta’ ta’ persuni li jieħdu s-servizz ta’ l-inkontinenza, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2897; u


f’isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-


P.L. 696 - Tabelli li juru postijiet fejn hemm traffic lights u pelican lights imwaħħla f’Malta u Għawdex, postijiet fejn ġie approvat li jitwaħħlu pelican lights u postijiet fejn hemm talba sabiex jitwaħħlu dawn id-dwal, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2889.



Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-


P.L. 697 - Tagħrif dwar l-eta’ u l-pajjiż li minnhom ġejjin il-priġunieri fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2895.




Il-Ministru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-


P.L. 698 - Tagħrif dwar l-għadd ta’ sigħat ta’ użu li sar minn internet kiosks installati fid-diversi lokalitajiet matul Ottubru 2003, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2858.


ORDNIJIET TAL-ĠURNATA


L-Iskrivan tal-Kamra qara l-Ordnijiet tal-Ġurnata.



1. ABBOZZ TA’ LIĠI DWAR IR-RISTRUTTURAR TAT-TARZNARI - ABBOZZ NRU 17



Il-Kamra marret f'Kumitat.


FIL-KUMITAT


L-Onor Mario de Marco, Viċi President tal-Kumitat, ippreseda.


Il-Kumitat irriżuma mid-19 ta’ Novembru 2003, id-diskussjoni fuq id-diversi klawsoli ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.


KLAWSOLA 3 – KONTINWAZZJONI


KLAWSOLA 3 għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.


KLAWSOLI 4, 5 u 6 għaddew nem. con. u kienu ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta’ Liġi.


KLAWSOLA 1


Il-Ministru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment ressaq din l-Emenda “A”:-


Klawsola 1


Minflok is-subklawsola (2) ta’ klawsola 1 għandha tidħol din is-subklawsola li ġejja:


(2) Dan l-Att għandu jitqies li beda fis-seħħ fis-7 ta’ Novembru, 2003.”


Clause 1


For subclause (2) of clause 1 there shall be substituted the following subclause:-


(2) This Act shall be deemed to have come into force on the 7th November, 2003.”.


L-emenda “A” għaddiet nem. con.


KLAWSOLA 1, kif emendata, għaddiet nem. con. u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.


IT-TITOLU għadda nem. con. u kien ordnat isir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.


Fuq mozzjoni tal-Ministru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment, il-Kumitat qabel li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkoreġi xi żbalji ta’ l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar li jista’ jkun hemm bżonn.


Fil-11.02 a.m. il-Kamra rriżumiet u l-Ministru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment irrapporta l-Abbozz ta’ Liġi mgħoddi mill-Kumitat b’emenda.



PERMESS TAL-KAMRA


Il-Ministru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment talab il-permess sabiex iressaq it-Tielet Qari ta’ l-Abbozz ta’ Liġi dwar ir-Ristrutturar tat-Tarzna.


Il-permess ingħata.



Il-Ministru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment ippropona t-Tielet Qari ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi.


L-Onor Mario Galea ssekonda.


Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta’ Liġi msejjaħ “Att biex jipprovdi dwar ir-ristrutturar tat-Tarzna ta’ Malta u tal-Marsa Shipbuilding Yard” inqara t-Tielet Darba u għadda.



2. ABBOZZ TA’ LIĠI DWAR L-AMMINISTRAZZJONI FINANZJARJA U L-VERIFIKA – ABBOZZ NRU 14


Il-Kamra rriżumiet mid-19 ta’ Novembru, 2003 id-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta’ l-Abbozz ta’ Liġi msejjaħ “Att biex jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika, Kap. 174”.


F’nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.



AĠĠORNAMENT


Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni ppropona l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 24 ta’ Novembru 2003, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:


Mozzjonijiet


Estimi Íenerali ta' spiúa góas-sena 2004.


Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni informa lill-Kamra li skond ftehim milóuq din is-seduta kienet se tixxandar dirett fuq it-televiújoni.




Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.







RICHARD J CAUCHI

SKRIVAN TAL-KAMRA




KONFERMATI




SPEAKER

5






Tags: taddeputati, ilġimgħa, minuti, kamra, lgħaxar, parlament, seduta